Għala l-kastigi fil-verita’ ma jaħdmux
L-iktar kastigi komuni huma time outs u sistemi ta’ rewards, u dawn jaħdmu….imma propjament le, ma jaħdmux.
Xi jfisser dan?
Meta nagħtu time out, il-ħsieb tagħna u li t-tfal marru x’imkien (probabli fil-kamra tagħhom), fejn qed jaħsbu fuq dak li għamlu, x’għamlu ħażin u b’hekk jieqfu jagħmlu hekk. Fil-verita’, it-tfal qed iħossuhom imwarrba u mhux maħbuba. Li jagħmilhom iktar irrabjati. Il-ħsibijiet li huwa l-iktar mistenni minn time out huwa ta’ kif jista’ jpattijielek jew kif ma jinqabadtx darb’oħra. B’hekk naraw, li għal dak il-mument, il-kastig ħadem għax waqqaf l-imġieba, imma jekk inħarsu fit-tul, dan ser jibqa jirrepeti ruħu.
It-tfal, qed jitgħallmu b’mod negattiv f’din is-sitwazzjoni – kif ma jinqabdux, ipattu, li mhumiex mismuma u mhux maħbuba (anke jekk dan mhux vera imma huma hekk qed jaħsbu).
Salfratant, jekk nużaw sistema ta’ rewards (premji), filwaqt li qed jaħdmu fil-mument, għax jobdu ħalli jieħdu premju, INT hu l-persuna li trid toqgħod attent biex tara li t-tfal qed ikollhom imġieba tajba jew ħażina.
It-tfal, mhumiex jitgħallmu jikkontrollaw l-imġieba tagħhom, għax mhix ir-responsabilita’ tagħhom li jsir dan. Mhumiex jagħmlu affarijiet tajbin għax jixtiequ jkunu bnedmin aħjar, jgħinu l-oħrajn għax jagħtu każ. Lanqas m’huma jagħmlu dan, biex jitgħallmu iktar. M’hemm l-ebda xewqa li jagħmlu dawn l-affarijiet minn rajhom sakemm ma hemmx premju.
F’xi ħin pero’, l-ideja tagħna kienet u għada, li nixtiequ t-tfal tagħna jkunu kuntenti, kunfidenti, indipendenti, li jħossu għal oħrajn, b’kompassjoni, responsabli…u l-lista tista’ tkun vera twila…meta jikbru.
Dawn iż-żewġ kastigi, meta nħarsu lejhom, ma jipromwovux dan hux? Allura x’nagħmlu? Kif nistgħu nibdlu dan kollu?
- Ħu time out inti. Jekk l-imġieba qed tagħmilna mimlija b’rabja u frustrazzjoni, nuru kif nikkontrolaw l-emozzjonijiet, billi nieħdu time out aħna stess. Għidilhom li int qed tħossok ____ u għandek bżonn time out, b’hekk sejra ġo kamra oħra sakemm tikkalma.
- L-ewwel ikkonnetja. Tgħanniqa dejjem tgħin biex tikkalma sitwazzjoni. Modi oħra ta’ konnessjoni hi billi nivvalidaw l-emmozjonijiet tagħhom: “Qed nara li qed tħossok vera ____ bħalissa, kif nista’ ngħinek?” Ilgħab jew tkellem magħhom għal ftit minuti QABEL ma’ ssaqsihom jagħmlu xi ħaġa.
- Ikkoreġi wara. Maħniex inħallu t-tfal jagħmlu li jridu jekk ma nikkoreġux mal-ewwel. Ikkunsidra ftit, jekk int irrabjat jew imbaqbaq u xi ħadd jiġi jgħidlek x’qed tagħmel ħażin, tisimgħu jew titbaqbaq/tirrabja iktar? Allura, għaliex nistennew differenti mit-tfal? Meta nagħtuhom ċans jikkalmaw (anke aħna), inkunu nistgħu niftakru x’ġara u xi stajna għamilna differenti. Nistgħu nibnu x’nixtiequ mill-imġieba tagħhom billi nagħtu istruzzjonijiet ċari. Nuruwhom kif ċertu azzjonijiet mhumiex aċċettabli b’mod dirett u speċifiku li huma jifmhuh u b’hekk inkunu qegħdin insawru bażi li nilħqu l-għanijiet b’suċess.
- Għamel li ddeċidejt. Jekk it-tfal jafu x’inhu li qed tistenna mingħandhom (boundaries) u l-konsegwenzi jekk ma jobdux, int trid tkun dik li tinforza l- konsegwenza. Waħda mir-raġunijiet lit-tfal jibqgħu jirrepetu mġieba ħażina hi għax il-ġenituri ma jinfurzawx il-konsegwenzi li kienu deċiżi min qabel.
- Isma’. L-arti tas-smigħ mhix faċli, u rridu nibdew nisimgħu x’inhuma jgħidulna t-tfal. Meta nieħdu l-ħin biex nisimgħu x’għandhom x’għidu t-tfal tagħna, nitgħallmu affarjiet li qatt ma għaddew minn moħna u nirrealiżżaw kif il-kastig li konna ser nagħtu abbli ma jagħmlix sens.
Jekk tuża dawn il-5 għodda tat-trobbija, tkun qed tgħallem: awto- regolazzjoni, il-ħila tas-smigħ u ħsieb, responsabilita’, kompassjoni, li l-bżonnijiet u l-vuċi tagħhom huma importanti.
1 Comment