Parental Thriving
  • Home
  • About
  • Blog
  • Podcast
  • Work with me
  • Contact
  • Login
  • Home
  • About
  • Blog
  • Podcast
  • Work with me
  • Contact
  • Login

bil-Malti

  • Home
  • bil-Malti
  • Konverżatjonijiet Mat-Tifla

Konverżatjonijiet Mat-Tifla

  • Posted by Parental Thriving
  • Date January 22, 2022
  • Comments 0 comment

In English

Ħafna mil-konverżezzjonjiet li jkolli mat-tifla l’issa għandha 11-il sena, jiġru fil-karozza fi triqtna għal lezzjonijiet tal-ballet. Dawn huma ftit mill-iktar reċenti.

M: Fuq it-tabella tad-distanza soċjali l-aħħar darba rajt ritratt li kien nofs mara/raġel. Għala?

Jien: Dik biex turi l-inklusivita’. Taf meta tkellimna fuq kif kultant ikun hemm nies li jkollohom ġisem ta’ raġel imma jħossuhom nisa u bil-kontra? Daż-żmien, naraw iktar din it-tabella biex, inkunu qed nġibu iktar għarfien u attenzjoni lejn in-nies kollha.

M: Hemm xi ħadd fis-sena tiegħi li qed tgħid li hi tifel u anke bidlet isimha.

Jien: Mmmmm, għandi zija li twieldet tifel, imma dejjem ħassitha mara u eventwalment bidlet isimha u kollox.

M: Ma kontx naf.

********

M: Ma, dal-aħħar qed ikolli aptit niekol ħafna ikel moqli u ħelu. Ma nistax nieqaf naħseb fuqhom!

Jien: (bi tbissima) mid-dehra l-ormoni tiegħek qed jiġu sinkroniżżati ma tiegħi. Jiena wkoll qegħda jiġrili hekk. Tisejjaħ il-fażi luteali.

M: Għala jiġri hekk?

Jien: Ġismna, jkollu bżonn nutrijenti differenti għal kull fażi taċ-ċiklu. Fil-każ tal-fażi luteali, meta nkunu neqsin minn dawn in-nutrijenti, il-ġisem ikollu kilba għal ikel moqli u biz-zokkor għax tinħass li l-bżonnijiet qed jiġu sodisfatti b’hekk.

M: Imma għad ma għandix il-period

Jien: Imma ġismek qed jibda jipprepara.

*********

M: Kultant, jekk nieklu pizza jew kejk, wara ftit, ġħalkemm ikolli aptit nibqa niekol ikolli nieqaf għax nħossni ħażin inkella.

Jien: Tajjeb ħafna li qed tkun konxja tal-bżonnijiet ta’ ġismek.

M: Imma frustranti għax ikun tajjeb ħafna u jkolli nieqaf.

Jien: Iva, iebsa tieqaf meta qed tieħu gost b’xi ħaġa. U kuntenta li xorta qed tieqaf u tonora l-bżonnijiet ta’ ġismek. Huwa tajjeb u important li qed tisma u tagħti każ il- vuċi ġewwenija tiegħek taf?

Dawn il-konverżazzjonijiet jimlewli qalbi b’imħabba u ferħ hekk kif nara l-ħsieb intwitiv ta’ binti jikber u jissaħħaħ.

  • Share:
Parental Thriving

Previous post

Conversations with a daughter
January 22, 2022

Next post

Ep 030 What does firmness look like?
January 26, 2022

You may also like

It-tgħannieq u ngħidu nħobbok lit-tfal naqra kbar u adoloxxenti
13 February, 2022

In English Meta jkollna t-trabi u toddlers, tiġi naturali li ngħanqu, inbusu u ngħidu nħobbok lit-tfal tagħna. Iżda, hekk kif dawn jagħlqu 4 snin u iktar, it-tgħannieq, bews u l-inħobbok …

Għala l-kastigi fil-verita’ ma jaħdmux
18 January, 2022

Read in English L-iktar kastigi komuni huma time outs u sistemi ta’ rewards, u dawn jaħdmu….imma propjament le, ma jaħdmux. Xi jfisser dan? Meta nagħtu time out, il-ħsieb tagħna u …

Leave A Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Quick Links

  • About
  • Contact Us
  • Services
  • Podcast

Membership

  • Login
  • My Courses
  • All Courses

Contact

  • Facebook
  • YouTube
  • Email

COPYRIGHT © 2021-25 · Parental Thriving · DESIGNED BY THE CREATIVE CHEER