Parental Thriving
  • Home
  • About
  • Blog
  • Podcast
  • Work with me
  • Contact
  • Login
  • Home
  • About
  • Blog
  • Podcast
  • Work with me
  • Contact
  • Login

bil-Malti

  • Home
  • bil-Malti
  • Għala l-kastigi fil-verita’ ma jaħdmux

Għala l-kastigi fil-verita’ ma jaħdmux

  • Posted by Parental Thriving
  • Date January 18, 2022
  • Comments 0 comment

Read in English

L-iktar kastigi komuni huma time outs u sistemi ta’ rewards, u dawn jaħdmu….imma propjament le, ma jaħdmux.

Xi jfisser dan?

Meta nagħtu time out, il-ħsieb tagħna u li t-tfal marru x’imkien (probabli fil-kamra tagħhom), fejn qed jaħsbu fuq dak li għamlu, x’għamlu ħażin u b’hekk jieqfu jagħmlu hekk. Fil-verita’, it-tfal qed iħossuhom imwarrba u mhux maħbuba. Li jagħmilhom iktar irrabjati. Il-ħsibijiet li huwa l-iktar mistenni minn time out huwa ta’ kif jista’ jpattijielek jew kif ma jinqabadtx darb’oħra. B’hekk naraw, li għal dak il-mument, il-kastig ħadem għax waqqaf l-imġieba, imma jekk inħarsu fit-tul, dan ser jibqa jirrepeti ruħu.

It-tfal, qed jitgħallmu b’mod negattiv f’din is-sitwazzjoni – kif ma jinqabdux, ipattu, li mhumiex mismuma u mhux maħbuba (anke jekk dan mhux vera imma huma hekk qed jaħsbu).

Salfratant, jekk nużaw sistema ta’ rewards (premji), filwaqt li qed jaħdmu fil-mument, għax jobdu ħalli jieħdu premju, INT hu l-persuna li trid toqgħod attent biex tara li t-tfal qed ikollhom imġieba tajba jew ħażina.

It-tfal, mhumiex jitgħallmu jikkontrollaw l-imġieba tagħhom, għax mhix ir-responsabilita’ tagħhom li jsir dan. Mhumiex jagħmlu affarijiet tajbin għax jixtiequ jkunu bnedmin aħjar, jgħinu l-oħrajn għax jagħtu każ. Lanqas m’huma jagħmlu dan, biex jitgħallmu iktar. M’hemm l-ebda xewqa li jagħmlu dawn l-affarijiet minn rajhom sakemm ma hemmx premju.

F’xi ħin pero’, l-ideja tagħna kienet u għada, li nixtiequ t-tfal tagħna jkunu kuntenti, kunfidenti, indipendenti, li jħossu għal oħrajn, b’kompassjoni, responsabli…u l-lista tista’ tkun vera twila…meta jikbru.

Dawn iż-żewġ kastigi, meta nħarsu lejhom, ma jipromwovux dan hux? Allura x’nagħmlu? Kif nistgħu nibdlu dan kollu?

  • Ħu time out inti. Jekk l-imġieba qed tagħmilna mimlija b’rabja u frustrazzjoni, nuru kif nikkontrolaw l-emozzjonijiet, billi nieħdu time out aħna stess. Għidilhom li int qed tħossok ____ u għandek bżonn time out, b’hekk sejra ġo kamra oħra sakemm tikkalma.
  • L-ewwel ikkonnetja. Tgħanniqa dejjem tgħin biex tikkalma sitwazzjoni. Modi oħra ta’ konnessjoni hi billi nivvalidaw l-emmozjonijiet tagħhom: “Qed nara li qed tħossok vera ____ bħalissa, kif nista’ ngħinek?” Ilgħab jew tkellem magħhom għal ftit minuti QABEL ma’ ssaqsihom jagħmlu xi ħaġa.
  • Ikkoreġi wara. Maħniex inħallu t-tfal jagħmlu li jridu jekk ma nikkoreġux mal-ewwel. Ikkunsidra ftit, jekk int irrabjat jew imbaqbaq u xi ħadd jiġi jgħidlek x’qed tagħmel ħażin, tisimgħu jew titbaqbaq/tirrabja iktar? Allura, għaliex nistennew differenti mit-tfal? Meta nagħtuhom ċans jikkalmaw (anke aħna), inkunu nistgħu niftakru x’ġara u xi stajna għamilna differenti. Nistgħu nibnu x’nixtiequ mill-imġieba tagħhom billi nagħtu istruzzjonijiet ċari. Nuruwhom kif ċertu azzjonijiet mhumiex aċċettabli b’mod dirett u speċifiku li huma jifmhuh u b’hekk inkunu qegħdin insawru bażi li nilħqu l-għanijiet b’suċess.
  • Għamel li ddeċidejt. Jekk it-tfal jafu x’inhu li qed tistenna mingħandhom (boundaries) u l-konsegwenzi jekk ma jobdux, int trid tkun dik li tinforza l- konsegwenza. Waħda mir-raġunijiet lit-tfal jibqgħu jirrepetu mġieba ħażina hi għax il-ġenituri ma jinfurzawx il-konsegwenzi li kienu deċiżi min qabel.
  • Isma’. L-arti tas-smigħ mhix faċli, u rridu nibdew nisimgħu x’inhuma jgħidulna t-tfal. Meta nieħdu l-ħin biex nisimgħu x’għandhom x’għidu t-tfal tagħna, nitgħallmu affarjiet li qatt ma għaddew minn moħna u nirrealiżżaw kif il-kastig li konna ser nagħtu abbli ma jagħmlix sens.

Jekk tuża dawn il-5 għodda tat-trobbija, tkun qed tgħallem: awto- regolazzjoni, il-ħila tas-smigħ u ħsieb, responsabilita’, kompassjoni, li l-bżonnijiet u l-vuċi tagħhom huma importanti.

  • Share:
Parental Thriving

Previous post

Why punishments don't really work
January 18, 2022

Next post

Conversations with a daughter
January 22, 2022

You may also like

Of growing up and independence
6 July, 2022

We all grow up of course…not just in height and age but also in wisdom and independence. It is a funny thing independence; we need to first be completely dependent …

It-tgħannieq u ngħidu nħobbok lit-tfal naqra kbar u adoloxxenti
13 February, 2022

In English Meta jkollna t-trabi u toddlers, tiġi naturali li ngħanqu, inbusu u ngħidu nħobbok lit-tfal tagħna. Iżda, hekk kif dawn jagħlqu 4 snin u iktar, it-tgħannieq, bews u l-inħobbok …

Hugging and saying I love you to the older child and teen
13 February, 2022

Bil-Malti When we have babies and toddlers we simply LOVE hugging them, kissing them and saying “I love you so”! It is so natural to do so, that we don’t …

Leave A Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Quick Links

  • About
  • Contact Us
  • Services
  • Podcast

Membership

  • Login
  • My Courses
  • All Courses

Contact

  • Facebook
  • YouTube
  • Email

COPYRIGHT © 2021-25 · Parental Thriving · DESIGNED BY THE CREATIVE CHEER